Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Draw u gowl f’kull taqsima bejn Valletta u Mosta

Neil Camenzuli

VALLETTA……………….1

MOSTA……………………..1

Valletta: J.Galea, E.Ruiz, O.Barrientos (J.Benites 76’), S.Dimech (L.Susnjara 46’), F.Falcone, B.Paiber, A.Quintero (A.Ferrias 67’), L.Prestes, J.Vega, A.Micallef, H.Silias (E.Garba 46’)

Mosta: D.Akpan, A.Chara, N.Nnaji, D.Aneni, L.Tenebe, C.Faila, G.Sciberras (N.Agius 70’), W.Britto, E.Mensah (A.Isah 62’), J.Vassallo, K.Tulimieri (Z.Brincat 62’)

Imwissija: J.Vassallo 79’, V.Gustavo 81, D.Akpan 90′, D.Aneni 90′, (M), D.Garba 79′, A.Ferraris 83 (V).

Skorjaw: K.Tulimieri 22’ (M), B.Paiber 54’ (V)

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees: Duncan Spiteri, Robert Curtis

BOV Plejer tal-Logħba: B.Paiber (V)

Il-Mument Plejer tal-logħba: D.Akpan (M)

Gowl f’kull taqsima idetterminaw il-partita f’parità ta’ 1-1 bejn Valletta u Mosta, b’Kevin Tulimieri jiftaħ l-iskor fl-ewwel taqsima għal Mosta u Brandon Paiber jagħmel l-iskor indaqs fil-54 minuta. Ikompli ukoll il-bidu diżappuntanti ta’ Valletta hekk kif it-tim mill-kapitali kisbu biss 5 punti fl-ewwel 4 partiti tagħhom fil-kampjonat.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet għal Mosta minn daqqa ta’ ras fil-baxx ta’ Eric Mensah wara ħames minuti logħob bil-goalkeeper Galea jevita l-periklu tajjeb.

Minuta wara Valletta rrispondew tajjeb b’tentattiv minn barra ‘l-kaxxa ta’ Paiber jgħaddi ftit barra.

Mosta ħasdu lill-avversarji tagħhom meta fetħu l-iskor b’gowl mill-isbaħ mill-plejer Taljan Kevin Tulimieri b’xutt potenti mil-lemin angolat fir-rokna ta’ fuq tax-xellug jegħleb għal kollox lil Galea u jagħti l-vantaġġ lil Mostin fit-22 minuta.

Valletta kellhom l-opportunità li jiksbu d-draw fid-29 minuta meta minn xutt potenti minn barra l-kaxxa l-goalkeepr Akpan salva tajjeb bil-ballun jasal għand Britto quddiem il-lasta bl-attakkant ma jirnexxielux isib ix-xibka u jixħet barra.

Freekick ta’ Faila mil-lemin jgħaddi ftit għoli fil-41 minuta bil-Mostin ikomplu jagħmlu l-pressjoni fuq id-difiża ta’ Valletta minkejja l-vantaġġ.

L-ewwel taqsima bilanċjata, bil-Mostin jiksbu l-vantaġġ minimu b’gowl il-ġmiel tiegħu ta’ Tulimieri.

Valletta ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima hekk kif fid-49 minuta daqqa ta’ ras ta’ Falcone minn korss mil-lemin tgħaddi ftit barra.

Valleta kisbu d-draw fl-54 minuta permezz ta’ freekick mix-xellug mit-tarf tal-kaxxa tal-midfielder Brandon Paiber li sab ir-rokna ta’ fuq tal-lemin u għamel l-iskor indaqs.

Mosta kważi marru fil-vantaġġ għat-tieni darba fil-partita fil-65 minuta meta minn kross mix-xellug s-sostitut Aliyu Isah daħal b’ġirja fil-kaxxa u pprova jegħleb lil Galea, bil-konklużjoni tiegħu taħbat mal-minduda.

Ftit mumenti wara save kruċjali biex iżomm it-tim tiegħu fil-partita minn Akpan mid-daqqa ta’ ras ta’ Vega.

Fit-83 minuta azzjoni perikoluża għal Mosta minn kross twil mil-lemin tirriżulta f’daqqa ta’ ras b’saħħita ta’ Nnaji u save stupend ta’ Galea biex jevita l-periklu u jitfa’ barra.

Fid-89 minuta Valletta kellhom iċ-ċans li jsibu x-xibka għall-gowl tar-rebħa meta s-sostitut Emmanuel Gabra żmarka ruħu fil-kaxxa u tefa’ għoli minn ftit metri ‘l bogħod.

Il-goalkeeper David Akpan l-eroj tal-Mostin fl-aħħar azzjoni tal-partita b’tlett saves mill-isbaħ mit-tentattivi tal-attakkanti Beltin minn ġol kaxxa sabiex izomm l-iskor 1-1 f’partita li kwalunkwe tim seta jikseb it-tlett punti.

Shaun Dimech fl-azzjoni fl-ewwel taqsima (Ritratt: Catriel Farrugia)