Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Programm sħiħ ta’ partiti mis-Serie A

Bejn illum u nhar il-Ħamis tintlagħab is-sitt ġurnata tas-Serie A. Illejla Juventus jilagħbu f’konfront delikat f’darhom kontra Lecce, bit-tim ta’ Roberto D’Aversa jkollu bidu mill-aqwa għall-Kampjonat dan l-istaġun. Juventus minn naħa l-oħra fl-aħħar ħarġa tagħhom sofrew telfa mhux mistennija kontra Sassuolo.

Inter, l-unika tim li għadu b’punti massimi jilagħbu f’darhom kontra Sassuolo filwaqt li Milan jilagħbu barra minn darhom kontra Cagliari. Lazio jilqgħu lil Torino fl-Olimpico filwaqt li ċ-champions Napoli jilagħbu kontra Udinese. Fl-aħħar partita minn din il-ġurnata, il-Ħamis, Roma jilagħbu barra minn darhom kontra Genoa.

SERIE A: Illum: Juventus v Lecce 8.45pm Għada: Cagliari v Milan 6.30pm, Empoli v Salernitana 6.30pm, Verona v Atalanta 6.30pm, Inter v Sassuolo 8.45pm, Lazio v Torino 8.45pm, Napoli v Udinese 8.45pm Il-Ħamis: Frosinone v Fiorentina 6.30pm, Monza v Bologna 6.30pm, Genoa v Roma 8.45pm