Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

L-iskola ta’ Ħal Għaxaq għadha ġebel u saqaf; it-tfal ma jafux fejn se jpoġġuhom

Ix-xogħol ta’ manutenzjoni fuq l-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq ilu għaddej għal iktar minn sena, u s’issa, jiem biss ‘il bogħod mill-bidu ta’ sena skolastika ġdida, din għadha ġebel u saqaf.

Skola li fiha jattendu mijiet ta’ studenti ta’ kull sena, iżda jidher li l-ġenituri qed jiġu mgħarrfa li ma jafux fejn se jpoġġu lill-uliedhom jekk ix-xogħol ma jitlestix sa dak iż-żmien.

Ta’ min wieħed ifakkar li f’Lulju li għadda kien tħabbar li l-istudenti, b’differenza għal dak li l-ġenituri qed jgħidulhom, sal-aħħar ta’ “Settembru li ġej mat-350 student tal-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq se jsibu skola rinovata anke b’bini ta’ sular ġdid.” Iżda issa, ġranet biss ‘il bogħod mill-ewwel jum ta’ sena skolastika ġdida, il-ġenituri ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu bl-edukazzjoni ta’ uliedhom.

Bl-iskola primarja tal-Imsida mhi xejn aħjar hekk kif issa għaddew iktar minn sentejn mindu tpoġġiet l-ewwel ġebla iżda mhux talli kważi ma sar xejn, talli l-ftit li sar spiċċa twaqqa’. Dan minkejja li sentejn ilu l-Gvern kien ftaħar li fi żmien qasir kellha titlesta din l-iskola.