Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

It-tim nazzjonali Malti f’partita ta’ ħbiberija kontra Ġibilta`

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Michele Marcolini jinsab ottimist qabel il-partita ta’ ħbiberija tat-tim Malti kontra Ġibilta`. Minkejja dan, Marcolini irrikonoxxa l-fatt li n-nuqqas ta’ futbol kompetittiv jista’ jkollu impatt negattiv f’dawn il-partiti internazzjonali f’Settembru, hekk kif il-kampjonati tal-futboli lokali għadhom ma bdewx. Marcolini qal ukoll li minkejja li l-partita kontra Ġibilta` ma ġġorx l-istess preġju daqs il-partiti kontra l-Italja u l-Ingilterra, xorta waħda hija opportunita’ għall-plejers Maltin sabiex juru l-potenzjal tagħħhom.

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti sostna li atitudni tal-plejers Maltin waqt it-taħriġ kienet waħda pożittiva u qed jistenna l-plejers Maltin jagħtu l-aqwa tagħhom, minkejja l-previżjonijiet tat-temp xejn favorevoli, li huma mbassra matul il-jum tal-Erbgħa. It-tim Malti se jkun qed iħares li jkollu prestazzjoni pożittiva wara l-aħħar ħarġa tagħħhom kontra l-Lussemburgu fejn kisbu rebħa ta’ 1-0. Matul il-konferenza tkellem ukoll id-difensur Ryan Camenzuli, li qal li hu flimkien ma’ sħabu jinsabu ottimisti li jkollhom prestazzjoni mill-aqwa kontra Gibilta`, filwaqt li rrimarka li l-kowċ u l-istaff tekniku għandhom iċ-ċans li jippruvaw tattiċi u plejers differentia qabel il-partita valida mill-kwalifikazzjoni għall-EURO 2024, kontra l-Maċedonja ta’ Fuq.

Għada

Stadium Nazzonali

Malta v Ġibilta` 6.00pm