Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Issir il-logħba annwali tal-futbol tas-Sidemen għall-karitá

Nhar is-Sibt waranofsinhar ġiet organizzata il-logħba annwali tal-futbol b’risq diversi organizazzjonijiet differenti, mill-grupp ta’ Youtubers Ingliżi, s-Sidemen.

Din il-logħba saret fil-grawnd tal-futbol tal-Westham l-Ingilterra, b’udjenza ta’ 60,000 spettatur, filwaqt li onlajn kien hemm ‘il fuq minn żewġ miljun persuna jsegwu b’mod dirett.

Waqt il-logħba nġabru iżjed minn miljun sterlina b’risq organizzazzjonijiet li fost l-oħrajn jaħdmu favur persuni bil-kanċer u li jbatu mis-saħħa mentali. Is-sena l-oħra inġabru iżjed min żewġ miljun sterlina għal diversi organizazzjonijiet oħrajn.

L-organizazzjonijiet għal din is-sena kienu Campaign Against Living Miserably, Teenage Cancer Trust, Rays of Sunshine, M7 Education u Brightside.

It-tim ta’ Sidemen FC skorja 8 gowls, filwaqt li t-tim ta’ Youtube AllStars skorja 5. Sidemen kienu qegħdin Malta lejn it-tmiem t’Awwissu għat-tieġ ta’ Vikkstar, wieħed mill-membri tal-grupp.