Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Il-Pakistan: Azzjonijiet terroristiċi viċin il-moskej fost il-konferma ta’ għexieren ta’ vittmi

Splużjoni kbira  li seħħet viċin ta’ moskea f’Mastung, fil-provinċja ta’ Baluċistan, ħalliet talanqas 50 vittma u għexieren tal-midruba –bl-uffiċjali lokali jiddikjaraw stat ta’ emerġenza f’dik iz-zona.

L-istraġi qed jidher li rriżultat minn attakk suwiċida u fejn in-nies kienu qed jinġabru barra l-moskea biex jiċċelebraw it-twelid tal-Profeta Muhammad – il-fundatur tal-Islam.

L-ebda grupp ma assuma responsabbiltà għall-attakk fi żmien meta l-inħawi tal-Baluċistan qed ikunu suġġetta għall-vjolenza ‘fuq il-bażi tar-reliġjon’.

Sadanittant,  ir-rapporti mill-Pakistan irreferew anki gżal splużjoni oħra — ukoll viċin ta’ moskea – u li seħħet fil-limiti ta’ Peshawar, fil-provinċja ta’ Khyber Pakhtunkhwa.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Pulizija tal-Baluċistan, Abdul Khaliq Sheikh, ikkonferma li uffiċjal ewlieni tilef ħajtu waqt li kien qed jipprova jwaqqaf lill-aggressur ‘suwiċida’ f’Mastung.

Dan waqt li l-Ministru Pakistani għall-Intern, Sarfraz Bugti, ikkundanna l-isplużjoni flimkien mal-attakk barra Peshawar bħala azzjonijiet immirati għall-persuni innoċenti – u fejn fisser lill-aggressuri bħala ‘terroristi’.