Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

“Il-Kunsilli Lokali tilfu l-ftit saħħa li fadlilhom” – Michael Briguglio

“Il-Kunsilli Lokali tilfu l-ftit saħħa li fadlilhom”. Hekk stqarr is-soċjologu u eks kunsillier Michael Briguglio f’artiklu ppublikat minn The Malta Independent.

Dan hekk kif diversi sindki ħarġu fil-beraħ jispjegaw, kif il-kunsilli lokali tal-irħula Maltin issa qed jitilfu l-ftit saħħa li kien għad fadlilhom.

Briguglio tenna li dan qed iħalli impatt fuq l-irħula Maltin…li ħareġ ċar fid-dawl tal-kriżi tal-iskart li qed jesperjenza pajjiżna bħalissa.

Fl-artiklu kien spjegat kif s-sindku Laburista ta’ San Pawl il-Baħar, u s-sindku ta’ Swieqi, spjegaw l-inkwiet tagħhom fuq in-nuqqas ta’ saħħa fi ħdan il-Kunsill tagħhom.

Michael Briguglio spjega li l-introduzzjoni tal-kunsilli lokali minn Gvern Nazzjonalista kienet waħda li ġabet bidla kbira fil-politika Maltija, hekk kif l-għan tagħha kien li jkun hemm iżjed politika ffukata fis-soċjetà.

Huwa tkellem ukoll dwar jekk l-kunsilli għandhomx ikollhom iżjed poter fuq parkeġġ, kontroll ta’ traffiku u l-iskart fost l-oħrajn.

Briguglio tenna li din is-sitwazzjoni qed tħalli impatt fuq is-soċjetà Maltija hekk kif qed taffettwa l-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna…speċjalment il-kriżi tal-iskart u l-ħmieġ fit-toroq.

Dan it-tħassib qed isir fid-dawl tal-kriżi li pajjiżna nħakem minnha.. dik ta’ skart u ħmieġ fit-toroq Maltin, li hu rifless tan-nuqqas ta’ pjanar tal-Gvern ta’ Robert Abela wara li l-Gvern neħħa ħafna mis-saħħa tad-deċiżjonijiet tal-Kunsilli Lokali.