Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Il-kampanja ‘Don’t Stand Still’

Il-Fondazzjoni Marigold u l-mara tal-President ta’ Malta Miriam Vella niedew il-kampanja bit-tema ‘Don’t Stand Still’ – kampnaja li se tiffoka fuq il-kanċer komuni tan-nisa u tal-irġiel; il-kanċer tas-sider, tal-ovarji, ċervikali, testikolari, u tal-prostata.

Il-messaġġ ewlieni f’din il-kampanja se jkun illi jħeġġeġ illi in-nies jiċċekkjaw lilhom infushom u jiġu ttestjati. Miżuri oħra ta’ prevenzjoni, bħat-tilqima kontra l-Virus HPV qed jitpoġġew ukoll fuq quddiem.

B’mod parallel mal-isforzi ta’ edukazzjoni u prevenzjoni, il-kampanja se tkun qed tqajjem ukoll kuxjenza dwar l-impatt tal-kanċer fuq is-saħħa mentali, fuq il-pazjenti, u dawk li jieħdu ħsiebhom. L-għan huwa li jħeġġeġ lin-nies jiksru s-skiet u jfittxu l-għajnuna.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex joqgħod attent għall-messaġġi, reklami bir-radju, billboards, reklami fuq it-televixin, midja soċjali u posts onlajn biex jitgħallmu aktar dwar kif ikunu kuraġġużi, jagħmlu l-pass li jmiss u jiċċekkjaw ġisimhom regolarment.

Matul is-snin il-kampanja Pink October-Movember ġiet ikkomunikata bl-użu ta’ viżwali maħsuba biex jispikkaw u jiġbdu l-attenzjoni. U bħas-snin preċedenti, id-donazzjonijiet miġbura se jmorru f’fond nazzjonali sabiex jitqassmu fost NGOs għall-kura tas-sider u l-kanċer, għar-riċerka u l-edukazzjoni.