Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

“Il-Gvern jiddiskrimina kontra persuni bid-Dijabete” – PN

Tkaxkir tas-saqajn u jagħmel ftit li xejn

Fi stqarrija, Claudette Buttigieg,Kelliema għal-Libertajiet Ċivili, id-Djalogu Soċjali u l-ġlieda kontra d-Dijabete qalet li wara snin ta’ pressjoni qawwija u kontinwa mill-Partit Nazzjonalista u mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete, il-Gvern estenda s-servizz tal-Continuous Glucose Monitors.

Iżda l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kellu kull opportunità biex ineħħi kull tip ta’ diskriminazzjoni fuq persuni bid-Dijabete, dan m’għamlux u għalhekk falla.

Illum, il-Gvern qed jiddiskrimina kontra persuni bid-dijabete tip 1 li  għandhom aktar minn 35 sena għax ma’ jipprovdilhomx apparat li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom u f’ċerti każi jsalvalhom ħajjithom.

Persuni li għandhom aktar minn 35 sena u għandhom id-dijabete tip 1 iridu jonfqu mal-€200 fix-xahar biex jixtru Continuous Glucose Monitor.

Fost dawn il-persuni hemm żgħażagħ li qed jibdew familja u pensjonanti li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja.

Jidher li Chris Fearne, ftit ġranet qabel il-budget, ħaseb li se jagħlaq ħalq il-Partit Nazzjonalista jekk jestendi dan is-servizz bi ftit.

Il-Partit Nazzjonalista jippretendi li din il-wegħda li suppost ilha snin li twettqet m’għandix tibqa’ tkaxkar aktar u s-CGMs għandhom jingħataw lil kull persuna li tista’ tibbenefika minnhom.

Il-Gvern messu kien għaqli u qassam il-ġid ma’ aktar nies fis-soċjetà, speċjalment dawk li għandhom bżonn u mhux ta €400,000,000 għall-isptarijiet li ma ħadna xejn għalihom.