Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Hong Kong: Il-ħajja staġnata waqt l-agħar maltempata f’140 sena

It-territorju ta’ Hong Kong u l-ibliet fin-nofsinar taċ-Ċina kellhom iġarrbu l-aktar inżul tax-xita qalil għal 140 sena u li kkaġuna għargħar katastrofiku fl-artijiet. Dan waqt li t-toroq u l-istazzjonijiet tas-subway f’Hong Kong ukoll spiċċaw mgħarrqin waqt il-ħajja ta’ kuljum staġnat kompletament.

Fl-aħħar sigħat, ma fetħux l-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol f’Hong Kong, bis-servizzi għall-emerġenzi jsostnu li għexieren ta’ nies kellhom jittieħdu l-isptar minħabba l-effetti tal-maltemp. L-istess servizzi kellhom anki jsalvaw numru ta’ residenti minn sitwazzjonijiet diffiċli kaġunati mix-xita.

Iċ-ċentri kummerċjali u l-faċilitajiet għat-trasport pubbliku f’Hong Kong baqgħu mgħarrqin u meta l-livelli tal-ilma fl-inħawi huma kważi bla preċedent. Intant, ix-xita qawwija anki kaġunat valangi tal-art fid-diversi zoni ta’ Hong u bir-riżultat li numru ta’ toroq prinċipali spiċċaw imblukkati bil-munzelli tal-ġebel.