Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Hollywood: Ftehim mas-‘screenwriters’ tal-films għandu jiftaħ il-bieb mill-ġdid għall-produzzjonijiet ġodda

Il-kittieba (screenwriters) tad-drammi għaċ-ċinema laħqu ftehim mal-Kapijiet ta’ Hollywood biex itemmu azzjoni industrijali ta’ xhur  u li ilha minn Mejju tipparalizza lill-industrija tal-films.

Kelliema għar-Writers Guild of America (WGA) fissru l-ftehim ‘kawt’ bħala wieħed eċċezzjonali li jaċċerta l-kisbiet għall-membri tal-union. Madankollu, il-membri tal-WGA xorta jridu jivvutaw biex japprovaw il-ftehim filwaqt li jaqblu dwar kuntratt ġdid għal tlett snin qabel jirritornaw għax-xogħol.

Il-kittieba, minbarra l-ilmenti dwar il-pagi u aspetti oħrajn, kienu qed jinkwetaw l-aktar li setgħu jispiċċaw irrelevanti minħabba l-introduzzjoni fl-industrija tal-Arificial Intelligence (AI)…Sistemi tal-kompjuter li jipprovdu simulazzjoni  tal-intelliġenza tal-bniedem flimkien ma’ kapaċitajiet oħra umani.

Sadanittant, is-strajk kien l-itwal azzjoni industrijali li affettwat Hollywood għal għexieren ta’ snin u li fl-istess ħin sewa l-biljuni ta’ dollari lill-ekonomija tal-Istat ta’ Kalifornja.

U minkejja dan ix-xaqq ta’ dawl, l-atturi ta’ Hollywood għadhom għaddejjin bl-azzjoni industrijali tagħhom relatata ma’ diżgwid profond mal-Istudios u l-moguls ( Kapijiet) ta’ Hollywood.

Madankollu, il-union SAG-AFTRA li tirrappreżenta lill-atturi bagħtet messaġġ ta’ kongratulazzjoni lill-WGA fejn faħħret id-dedikazzjoni u s-solidarjetà bejn il-membri tagħha tul l-aħħar xhur. Fl-istess ħin, il-union tal-atturi tinsab lesta biex tkompi bin-negozjati mal-Kapijiet tal-Istudios bit-tama li huma wkoll jaslu għal ftehim simili.