Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Futbol tan-Nisa: Birkirkara megħluba minn Zurich

Birkirkara…………………1

FC Zurich ………………..3

Iċ-champions lokali Birkirkara tilfu l-finali kontra FC Zurich 3-1 ilbieraħ fis-Centenary Stadium, biex b’hekk kienu Zurich li għaddew  minn Grupp 11 tal-UEFA Champions League tan-nisa.

Birkirkara kienu għelbu lil Breznica b’goal fl-aħħar sekondi meta l-Istripes kienu qed jilagħbu bi plejer inqas.

Fil-final tal-bieraħ il-bidu kien bilanċjat u Birkirkara anki appellaw għal dak li deher penalty f’wieħed mill-ftit attakki perikolżi tal-Istripes.

Mal-ħin Zurich bdew iżidu fil-logħob u ħadu l-inizjattiva u fl-34 minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ Piubel. Fit-tieni taqsima Zurich  skorjaw darbtejn oħra biex għalqu l-logħba.

Kienet Vanessa Bernauer li skorjat it-tieni goal u Pinther skorjat it-tielet goal ħdax-il minuta mit-tmiem.

Birkirkara kienu ppremjati tal-wirja qalbiena tagħhom meta Francesca Chircop skorjat goal ta’ konsolazzjoni fl-94 minuta.