Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Faċli għal Ħamrun Spartans kontra Gudja United

Rowen Camilleri

ĦAMRUN S……….3

GUDJA U…………..0

Ħamrun S: H. Bonello, S. Borg, L. Montebello (B. Ederson 64’), J. Mbong (J. Robert 64’), R. Prsa (N. Krstic 78’), E. Freitas, U. Duranovic, O. Bjelicic, S. Painstsil, E. Marcelina (Y. Nenov 78’), R. Camenzuli

Gudja U: Y. Sozer, B. Santos, G. Lorenzoni (G. Mensah 70’), S. Attard (M. Conti 70’), M. Muchardi (W. Serrano 46’), J. Arthur (M. Cassini 78’), R. Fernandes, K. Micallef, Z. Grech, A. Toure (G. Zammit 84’), M. Esposito

Imwissija: A. Toure 39’, J. Arthur 75’, B. Santos 78’ (G)

Skorjaw: S. Paintsil 17’, L. Montebello 37’, 54’ (Ħ)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u David Castillo

BOV Plejer tal-Logħba: Luke Montebello (Ħamrun Spartans)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Luke Montebello (Ħamrun Spartans)

Ħamrun Spartans kisbu t-tielet rebħa minn tlieta, meta fis-Centenary Stadium għelbu faċilment lil Gudja United bl-iskor ta’ 3-0. Ħamrun kienu diġà qed igawdu vantaġġ doppju sa tmiem l-ewwel taqsima biex Luke Montebello għalaq il-partita fil-bidu tat-tieni taqsima biex ta tliet punti mistħoqqa liċ-champions

Wara 9 minuti logħob Ħamrun resqu viċin iżda Montebello minn taħt il-lasta kien imċaħħad milli jiftaħ l-iskor minn Sozer li dawwar f’korner.

Tliet minuti wara l-Ispartnas żvinurati għal darb’oħra meta Duranovic għadda lejn Paintsil li prova xutt mill-ewwel li ħabat mal-wieqfa u spiċċa f’idejn Sozer.

Ħamrun meritatament fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta Roko Prsa tefa’ ballun fit-tul lejn Seth Painstil li kkontrolla tajjeb u minn quddiem Sozer ma’ żbaljax.

Sozer ċaħħad għal darb’oħra lil Montebello fit-33 minuta b’xutt angolat li ċ-Ċiprijott dawwar f’korner.

Montebello rdoppja għal Ħamrun meta fis-37 minuta rċieva pass fit-tul mingħand Duranovic u mill-istess qagħda li falla ftit minuti qabel, din id-darba tefa’ wara Sozer għat-tieni gowl Ħamruniż.

Ħamrun naqsu milli jiskorjaw it-tielet fit-43 minuta meta minn kross ta’ Mbong, minn taħt il-lasta Steve Borg ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tmur għoli bl-ewwel taqsima tintemm 2-0 faur iċ-champions renjanti.

Ħamrun ħadu biss disa’ minuti mill-budu tat-tieni taqsima biex skorjaw it-tielet gowl meta reġa’ kien Luke Montebello li wara li niżżel b’sidru spara fix-xibka biex għaqqad doppjetta personali.

Wara nuqqas ta’ azzjonijiet fit-tieni taqsima, kien biss fit-83mnuta li rajna konklużjoni perikoluża meta s-sostitut ta’ Ħamrun Yulian Nenov seraq ballun mal-linja u f’tentattiv li jaħsad lil Sozer il-ballun niżel iħakkek mal-mimduda.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tiem il-konfront b’Ħamrun meritatament jieħdu t-tliet punti u jżommu rekord perfett minn tliet logħbiet.

Plejers ta’ Ħamrun jiċċelebraw wieħed mit-tliet gowls (Ritratt: Joseph Galea)