Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Donald Trump ħati ta’ frodi

Skond Imħallef fi New York, l-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump huwa ħati ta frodi, hekk kif ripetitament huwa ta cifra falza ta’ kemm għandu flus …sabiex ikollu ammonti ta’ self aħjar, u jħallas inqas taxxa.

Din ir-rimarka ħarġet wara li l-Avukat Ġenerali ta’ New York fetaħ kawza kontra Trump f’Settembru li għadda ….jakkuża lil Trump u liż-żewġ uliedu subien li qed jigdbu dwar l-assi tagħom.

Minn naħa l-oħra l-avukati difensuri ta’ Trump qed jgħidu li d-deċiżjoni tal-Imħallef hija waħda inġusta, u talbu wkoll sabiex dawn l-akkużi minnufiħ jitwaqqgħu għaliex il-poplu ma kienx affetwat bl-azzjonijiet ta Trump.

Id-dikjarazzjoni tal-Imħallef hija daqqa ta’ ħarta kbira għal Donald Trump li huwa mistenni li jibda ghaddej ġuri nhar it-Tnejn 2 ta’ Ottubru. Dan il-ġuri mingħajr ġurati, ser ikun qed janalizza sitt akkużi oħra li l-Avukat Ġenerali għamlet fil-konfront tieghu…u mistenni jibqa’ għaddej tal-inqas sa Diċembru.

Trump qiegħed jiċħad l-akkużi kollha, waqt li qal li dawn l-akkużi huma maunvri politiċi minn dawk li huma politikament kontrih.