Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Bernard Grech jitlob lill-Ispeaker biex jitlaqqa’ l-Parlament b’urġenza

Aktar provi li jikkonfermaw kif persuni ingħataw benefiċċji soċjali sabiex jivvutaw lil-Labour

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed isejjaħ li jiltaqa’ l-Parlament b’urġenza għada t-Tnejn 11 ta’ Settembru, biex jiddiskuti minnufih il-kriżi li laqtet lill-pajjiżna fl-aħħar jiem wara skandlu li qed jaħkem il-kurituri ta’ Kastilja għal gwadann tal-Partit Laburista, u għat-telf tal-kumplament tal-poplu Malti u Għawdxi. Benefiċċji li tqassmu b’mod abbużiv mill-Gvern tal-ġurnata.

Dan kien sostnut mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’ittra li għadda lill-Ispeaker tal-Parlament, quddiem din is-sitwazzjoni bla preċedent.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-aħħar rivelazzjonijiet li ħarġu minn xogħol ġurnalistiku fl-aħħar sigħat huma indikazzjoni ċara ta’ dan ir-racket minn Kastilja, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru nnifsu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tenna li l-Parlament għandu jiltaqa’ u li jekk verament Robert Abela għandu għal qalbu d-demokrazija, din il-materja għandha tkun diskussa b’urġenza mill-aktar fis fil-Parlament.