Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Andrew Grech fl-ewwel post fil-Maratonina di Sicilia

Riżultat ieħor pożittiv mill-atleta Andrew Grech f’kompetizzjoni internazzjonali fi Sqallija.

Organizzata l-15-il edizzjoni tal-Maratonina di Sicilia, li hija n-Nofs maratona ta’ Mazara del Vallo fi Sqallija, fejn l-atleta veteran Malti Andrew Grech, membru ta’ Evolve Endurance Club, daħal fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali.

B’kollox ħadu seħem madwar 300 atleta fejn Andrew Grech temm in-nofs maratona f’siegħa u 13-il minuta u 51 sekonda, fit tieni post daħal Chris Micallef f’siegħa, 14-il minuta u 39 sekonda, distakk ta’ minuta minn Grech.

Fit-tielet post daħal it-Taljan Fabio Cammarato f’siegħa 19-il minuta u 51 sekonda, sitt minuti wara Andrew Grech.

In-nofs maratona li jmiss, li tagħmel parti minn serje ta’ tlett kompetizzjonijiet għandha ssir fit-22 ta’ Ottubru f’Palermo.