Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Albaniż jgħid li Matthew Schembri ħallas lilu u lil sieħbu biex jagredixxu lill-eks kunjatu tiegħu

Albaniż li kien instab ħati li flimkien ma’ sieħbu ta’ l-istess nazzjonalita attakka raġel li kien qed jiġoggja f’Tas-Sliema fejn kienu ġew kundannati kważi sentejn ħabs kull wieħed qal li Matthew Schembri kien qabbadhom biex jagredixxu lill-eks kunjatu tiegħu, li huma lanqas biss kienu jafu. Qal li l-flus kienu ngħataw lilu u lil sieħbu minn Schembru wara li kienu wettqu l-aggressjoni.

Xhovano Ndocu li kien kundannat 20 xahar ħabs kien qed jixhed quddiem il-Maġistrat Victor Asciak fil-konfront ta’ Matthew Schembri ta’ 37 sena minn Tas-Sliema li jinsab akkużat li qabbad persuni biex jagredixxu raġel ta’ 62 sena li kien qed jiġri tas-Sliema, kif kien jagħmel kull filgħodu.

Intant, Schembri qed jiffaċċja akkużi separati minn Lulju li għadda b’rabta mal-involviment tiegħu bħala kuntrattur tal-bini f’Kordin li ġġarraf f’Diċembru 2022 u ħasad il-ħajja taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia. “Matthew Schembri kellu problema ma’ persuna oħra, li isimha ma nafx,” qal Ndoucu fil-Qorti.

Mistoqsi jekk għarafx lil Schembri fl-awla, hu ndika lill-imputat. Ix-xhud qal qabel l-inċident li kienu f’termini tajbin. “Kont naħdem għalih Urieni ritratt u kont naf li din kienet il-vittma.” Ix-xhud saħaq li kellu relazzjoni tajba ma’ Schembri.

L-Ispettur staqsa min iddeċieda fejn se ssir l-aggressjoni. Għaliex u min għażel Tas-Sliema? “Għax kien jgħix hemm,” qal, b’referenza għall-vittma. Fil-ħin tal-attakk, il-vittma kienet qed tiġri, bix-xhud jgħid li –


“konna se nwettqu l-att b’rispett.”

Il-Qorti staqsiet fuq l-offerta ta’ flus mingħand Schembri u li jekk kien hemm kinitx saret qabel jew wara l-aggressjoni. “Kellha titħallas wara” qal ir-raġel. Il-Qorti rrimarkat li qabel kien qal li l-flus ġew offerti bħala rigal ta’ ringrazzjament.


“Il-wegħda saret qabel l-att, iżda l-flus ingħataw wara,” sostna x-xhud, li qal ukoll li kienet għotja finanzjarja iżda l-ammont attwali qatt ma ġie diskuss, huwa qal. Kompla li hu kellu jsawwat jew jagħti daqqa ta’ ponn lill-persuna biex jiksbu il-flus, qal ix-xhud.

Ix-xhud kien ġie arrestat madwar sagħtejn jew tliet sigħat wara l-inċident, huwa qal. Schembri kien tah ritratt tal-mira maħsuba, ismu u l-belt fejn kien joqgħod. Qabel l-Avukat Charles Mercieca għal parte civile Agostine Marku, x-xhud l-ieħor fil-kawża u minn naħa tiegħu kien weħel 22 xahar ħabs fuq dan il-każ kważi ma beda jiftakar xejb fuq dan il-każ.

Il-Qorti fil-fatt qalet li kellha suspett raġonevoli li x-xhud Agostine Marku kien qed jagħti xhieda falza f’punti tax-xhieda tiegħu. F’ċirkustanzi bħal dawn, il-qorti kellha s-setgħa li tordna l-arrest, qal il-maġistrat. Il-Qorti qalet li trid li Marku jiġi ffaċċjat bid-diskrepanzi fix-xhieda tiegħu u ordnat li l-pulizija tingħata struzzjonijiet biex ma tiddeportax lil Marku, li kellu jinħeles mill-ħabs aktar tard din il-ġimgħa, sakemm jerġa’ jixhed.

Marku kien mistoqsi għal ħafna drabi fuq il-każ li tenna li ftit li xejn ma jiftakar fuqu. Mistoqsi dwar x’kien ġara qal li segwa persuna jaf li kien hemm problema miegħu, mar warajh u tah daqqa. Dan il-persuna kellu l-problemi li ma’ jiftakarx ma min.

Il-Qorti fakkret lix-xhud li qed jixhed taħt ġurament għax ikun hemm il-konsegwenzi jekk jinqabad li ma kienx qed jgħid il-verita.  Qal li kien l-akkużat li jaf lill-vittma, imma hu (x-xhud) ma tahx daqqa għax qallu hu imma għax ried hu, kompla x-xhud.

Tista tagħraf xi individwu fl-awla? staqsa l-prosekutur. Hu għaraf lil Matthew Schembru fl-awla u reġa’ tenna li dak li għamel għamlu min jeddu. Dwar il-vittma r-relazzjoni tiegħu miegħu x’kienet, reġa’ qal li ma jafx u ma jiftakarx.

Fuq mistoqsia diretta tal-Qorti b’relazzjoni diretta kienet bejn il-vittma u hu (x-xhud). Qal li nesa’ għax għaddiet sena u nofs mill-inċident. Dwar jekk kienx jafu, qal li iva, u kien rah xi darbtejn. Ma jiftakarx min kien laqqgħu miegħu.

Fuq ir-relazzjoni tiegħu mal-akkużat qal li jafu għax kien jaħdem għalih fis-settur tal-kostruzzjoni. Dwar ir-relazzjoni ta’ Matthew Schembri mal-vittma qal li mhux f’qagħda li jiftakar. Meta wettaq l-aggressjoni tenna li kien ma’  sieħbu.

Dwar kif sab lill-vittma, qa lil kienu rawh waqt li kien qed jiġri, u l-informazzjoni li kien ikun qed jiġri ġabuha fuq perjodu ta’ 10 t’ijiem fejn kien isegwih u li hu kien rah tliet darbiet jiġri. Dwar informazzjoni u min qallu dwaru u għaliex hu kien intagħażel.

Ix-xhud qal li kien sar jaf li jmur jogging u li kellu problemi. Il-vittma ma min kellu problemi? staqsa l-prosekutur. Kellu problemi ma’ Matthew imma mhux ċert fuq xhiex kienu dawn il-problemi, wieġeb ix-xhud.

Meta kien hemm dan l-inċident ħadtu xi ħaġa minn fuq il-persuna tal-vittma?, kienet mistoqsija oħra. Hu wieġeb fin-negattiv. Allura x’kienet ir-raġuni wara dan kollu? Tenna li ma jiftakarx. L-Ispettur urieħ dokument biex jipprova jfakkru, u qal li ma jafx xejn fuqu.

Jekk xi ħadd kellmux dwar il-vittma, u min kien jekk kien hemm? Ma jiftakarx, reġa’ tenna u li jħoss li mhux qiegħed f’kundizzjoni li jwieġeb aktar domandi għax ma jiftakarx aktar fuq dan il-każ. Jifakar biss li kien hemm xi inkwit bejn il-vittma u Matthew Schembri, u mistoqsi kif sar jaf dan kollu?, qal;

“Ma nistax niftakar u li kieku dawn id-domandi għamultomli qabel forsi kont niftakar. Dwar fejn kien joqgħod qabel ma seħħ dan l-inċident tenna li kien fid-dar tal-akkużat flimkien ma’ sieħbu l-Albaniż li kien ukoll mar miegħu jwettaq l-aggressjoni.

L-aggressjoni fix-xħin seħħ? Filgħodu jew filgħaxija? stasqa l-Ispettur. Kienet seħħet wara nofs inhar, kienet ir-risposta. Dwar x’informazzjoni kellu fuq il-vittma, qal li ma kellu l-ebda nformazzjoni. L-Avukat Arthur Azzopardi nforma lill-qorti li Schembri se jkun imsiefer, bil-permess tal-Qorti Kriminali. Mill-11-18 ta’ Settembru. Il-Maġistrat talab li tintwera kopja tad-digriet, bil-Qorti tordna li l-każ jerġa’ jinstema’ qabel it-tluq minn Malta tal-akkużat.

Qabel ma nstemgħu x-xhieda Dr. Arthur Azzopardi għall-akkużat oġġezzjona għat-traduttriċi għaliex hija l-istess waħda li assistit lill-akkużati l-oħra u ma kinitx korretta fit-traduzzjoni li għamlet kif wara kollox ammettiet hi stess.

Ir-raġuni li t-traduttriċi li kienet imqabbda fuq dan il-każ anke fil-kawża ta’ Lulju li għadda ma kinitx preżenti minħabba li ma setgħetx tattendi. Hawn il-Qorti qalet li dan kien fatt li ma kinitx konxja tiegħu. Il-prosekuzzjoni qalet li din it-talba lanqas ma saret fil-konfront, tagħha qabel u issa qed tagħmel din l-oġġezzjoni.

Hawn l-Avukat Franco Debono ikkritika l-mod kif jinħatru l-esperti. “Ma tkunx taf kif jinħatru l-esperti u x’għarfien għandhom”, huwa qal. Irid ikun hemm allegazzjoni fuqha li mhux tajba, qalet il-Qorti. “Meta qed jinħatru tradutturi ma nafux x’esperjenza u x’taf jew jaf. Ili kważi 10 snin ngħidha din u qatt ma sar xejn. Nixtieq li l-Qorti tindaga. X’inhi l-experiese? Xi kwalifiċi għandha, mbagħad tara l-Qorti”.

Il-wording se jagħmel id-differenza, kelma taf tagħmel id-differenza qal l-Avukat Debono. Mistoqija mill-Qorti xi kwalifiki għandha qalet li għandha Masters Degree kemm mill-Università ta’ Malta u gradwata mill-Albanija, imma mhux relatati. Għandha iżda 20 sena fuq traduzzjoni mill-lingwa Albaniża għal dik Ingliża.

Il-Qorti wara li rat il-liġi dwar il-ħatra tal-esperti u semgħet lilha fuq il-kompetenza tagħha li taġixxi ta’ interpretu, qalet li tqis li hija kompetenti biżżejjed biex taġixxi biżżejed biex taqdi dmirha. Dr. Franco Debono talab buex ix-xhieda tax-xhieda bl-Albaniż tiġi reġistrata, mhux tat-traduzzjoni biss.

Hawn it-traduttriċi qalet li ma kinitx qed tħossha komda li mhux fdata fuq il-kapaċitajiet tagħha, u qalet lill-Avukat Debono li kemm il-darba serviet ta’ traduttriċi, fil-kawżi tiegħu. “Din hija kawża differenti rribbatta Dr. Debono.

Il-Qorti spegatilha fuq dak li qalet id-difiża u l-prosekuzzjoni, u temmen li għandha kapaċitajiet biżżejjed. “Ma kontx naf li ninsab hawn u niġi skutiniżżata. L-Avukat Franco Debono talab lill-Qorti biex tfiehem li kull ma kienet tagħmel id-difiża hi li sempliċiment kienet qed tagħmel xogħlha. “Għandha dritt li nagħmlu x-xogħol u dan bl-ebda nuqqas ta’ rispett”.  “Il-klijent ġibdilna l-attenzjoni u forsi ħaddieħor m’għamilx dan f’kawżi oħra,” qal l-Avukat Debono.

L-avukati Arthur Azzopardi u Franco Debono qed jirrappreżentaw lil Schembri fil-proċeduri. Xhovanu Ndoci qed jiġi assistit mill-avukat Dean Hili. Għal Agostine Marku qed jidher l-Avukat Charles Mercieca.